top of page

Pjan għal Ċentru tal-Viżitaturi fis-sit arkeoloġiku f’Tas-Silġ



Heritage Malta qed tippjana proġett ieħor fis-sit arkeoloġiku f’Tas-Silg fejn ser isir ċentru għal viżitaturi u faċilitajiet ta’ interpretazzjoni ta’ dan is-sit li l-istudji li saru fuqu matul l-aħħar 50 sena indikaw fdalijiet neolitiċi u ta’ tempju Ruman.

Proġett li għandu jiswa man-nofs miljun ewro mistenni jagħmel sit arkeoloġiku f’Tas-Silġ f’Marsaxlokk aktar aċċessibbli. Dan is-sit sal-lum qajla jista’ jiġi apprezzat, minkejja l-importanza arkeoloġika tiegħu fejn instabu fdalijiet neolitiċi u tempju ddedikat lill-alla tar-Rumani Guno.


Il-Ministru tal-Kultura Owen Bonniċi qal li Heritage Malta flimkien mad-Direttorat tar-Restawr jinsabu fl-aħħar tħejjijiet biex dan is-sit ikollu l-faċilitajiet għal viżitaturi u diġà applikaw għal permessi meħtiega u huwa ippjanat li x-xoghol jibda din is-sena.

“Dan hu ċentru li ħa jkabbar l-esperjenza turistika lil min iżur u se joffri qabża fil-kwalità. L-idea hi li l-ewwel ikun hawn viżitaturi b’appuntament. Jekk naraw li jkun hawn attendenza tajba inkunu nistgħu nespandu fuq il-progett”, qal il-Ministru Bonnici.

Il-pjan hu li jiġu rrestawrati l-fdalijiet tar-razzett li hemm f’nofs is-sit biex isir ċentru tal-viżitaturi li jservi bħala ċentru ta’ interpretazzjoni biex il-viżitaturi jifhmu u japprezzaw s-sit aħjar.

Comments


bottom of page