Dalgħodu kien imiss li Owen Bonniċi iżur is-suq taż-Żurrieq. Jekk hemm osservazzjoni li qed tispikka hija li minkejja li aħna lkoll aħwa Maltin, kull raħal għandu l-karatteristiċi tiegħu. Għandu wkoll l-isfidi tiegħu. Għalhekk huwa tajjeb li żjarat bħal dawn isiru. Naturalment il-merħba li ngħata tagħmel kuraġġ kbir. Fuq fomm in-nies kien hemm rikonoxximent li n-negozju sejjer tajjeb. Hemm apsetti oħra li nistgħu nindirizzaw. Dan għandu jsir b’mod studjat u bil-għaqal. Għalhekk jagħmel sens il-pjan finanzjarju għas-snin li ġejjin li ppreżenta l-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien mal-Ministru Edward Scicluna fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.
Comments