Ilbieraħ filgħaxija Owen Bonnici kien preżenti meta ż-żgħażagħ tal-Forum Żgħażagħ Laburisti niedew il-kampanja tagħhom “#Next5”. Fost l-iktar affarijiet impressjonanti huwa l-fatt li minkejja li dan il-Gvern wettaq ħafna u wieħed jista’ jħares lura lejn il-kisbiet u bihom biss jikkonvinċi li din hija ammistrazzjoni li twettaq bidla, il-priorità tibqa l-ħolqien ta’ aktar ġid u futur aħjar. Min aktar miż-żgħażagħ kapaċi joħlom dwar il-ġejjieni? Kienet esperjenza sabiħa għal Owen, li jkun fost ammont kbir ta’ persuni b’aspirazzjonijiet kbar, lesti jagħtu vot ta’ fiduċja mill-ġdid lil din l-amministrazzjoni, għax jemmnu li hija din it-tip ta’ tmexxija li se tgħinhom jagħmlu passi ‘il quddiem.
Comments