Festa ta' kuluri fis-sema! Hekk jista' jkun deskritt Ilbieraħ filgħaxija l-festival tan-nar li sar fil-Qrendi, organizzat mir-Reġjun Nofsinhar. Owen Bonnici attenda l-festival u osserva l-imħabba kbira li għandhom in-nies tal-inħawi lejn il-logħob tan-nar. Dan isarraf fi prestazzjonijiet mill-isbaħ, mimlija talent u frott ħafna paċenzja. Żgur mhux forsi kienet aktar diffiċli għalihom minħabba l-ammont kbir ta' ċpar li niżel fuq il-gżejjer Maltin. Imma xejn ma tellef lill-għoxrin kamra tan-nar li ħadu sehem u l-ammont kbir ta' nies li marru jaraw. Kemm hu sabiħ tara ħidma organizzata li ssarraf f'opportunità ta' divertiment għall-familji.
Comments