top of page

Impenn lejn ir-residenti ta’ Marsakala; proposti kredibbli u li jtejbu ħajjet in-nies



Owen Bonnici dalgħodu kien preżenti u feraħ mal-Iskalin hekk kif il-Prim Minsitru Joseph Muscat reġa tenna l-impenn ta’ amministrazzjoni Laburista li jingħalaq l-impjant ta’ riċiklaġġ ta’ Sant’Antnin.

Il-Prim Ministru fakkar kif Gvern preċedenti għadda bħal gaffa meta ġie biex jagħmel dan l-impjant li jaħdem b’teknoloġija antikwata.

Il-proġett huwa pjanat sew u maħsub b’mod li jkun jista’ jitwettaq, fuq medda ta’ seba’ snin. Huwa propju għal dan l-ippjanar u għat-track record serju ta’ twettiq ta’ miżuri li l-Partit Laburista huwa kredibbli meta jesprimi impenn lejn proġett li se jbiddel ħajjet in-nies.

Sal-bieraħ stess, il-poplu seta jara t-twaqqih ta’ taninkijiet tal-fuel f’Birżebbuġa.

Dan kollu jfisser serħan il-moħħ għar-residenti li Owen Bonnici qed jiltaqa’ magħhom bieb bieb.

Comments


bottom of page