Familji nġabru flimkien għal attività organizzata mill-Kunsill Malti għall-Arti u l-LESA, li huma t-tnejn responsabilità ta’ Owen Bonnici. Kienet attività ħelwa fil-Park tal-Familji f’Marsaskala, fejn il-kbar tpaxxew jaraw liż-żgħar jieħdu gost, filwaqt li qalu kelma bejniethom. Kienet waħda biss minn għadd ta’ avvenimenti li se jsiru f’diversi reġjuni fil-pajjiż. Fil-preżenza ta’ familtu, Owen Bonnici kellu opportunità jkompli jisma’ u jifhem il-ħtiġijiet tan-nies tad-distrett, f’ambjent rilassat li jippermetti li tinbena relazzjoni ta’ ħbiberija u fiduċja.
댓글