top of page

Owen Bonnici llum imexxi Kunsill importanti tal-Ministri Ewropej tal-Kultura



Il-Minsitru Owen Bonnici llum jinsab imexxi Kunsill importanti tal-Ministri Ewropej tal-Kultura fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

L-ogħla rappreżentanti Ewropej taw merħba mill-isbaħ lill-Ministru Bonnici, li huwa l-President tal-Kunsill f’kuntest ta’ Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea.

Kollox beda b’minuta silenzju, fejn il-ħsieb mar lejn dawk milquta mill-isplużjoni f’Manchester.

Flimkien u taħt it-tmexxija ta’ Bonnici, niedew id-diskussjoni, fejn suġġett importanti kienet direttiva ġdida b’rabta mas-servizzi awdjo-viżivi. Dawn jinkludu servizzi bħal YouTube, for oħrajn. Suġġetti oħra huma l-protezzjoni ta’ persuni minuri online u ‘level playingfield’ għal mezzi tradizzjonali tax-xandir.

Matul din il-laqgha nkitbet l-istorja meta attendiet ukoll il-High Representative Federica Mogherini ghat-tishieh bejn il politika barranija u l-kultura.

Comments


bottom of page