top of page

Żewg baned fil-Kottonera jaħdmu flimkien biex iressqu t-tfal aktar qrib il-mużika



Dalgħodu fl-iskola Primarja l-Kalkara ttelgħet attivita mill-Banda Sagra Familja Kalkara u l-Banda San Ġorġ Bormla li permezz ta’ din il-kollaborazzjoni mmirata lejn studenti bejn 5-10 snin twasslet il-mużika b’mod edukattiv u divertenti. Din l-attivita’, msejha Bandastorja, ittellghet b’ghajnuna finanzjarja mill-Kunsill ghall-Arti.

Waqt diskors tal-għeluq li għamel il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici, huwa fahhar din l-inizzjattiva u qal li din timxi id f’id mal-mira tal-Gvern li jkabbar l-udjenzi fis-settur kulturali b’accenn partikolari fuq il-generazzjonijiet iz-zghar.

Dan il-proġett qed jibbenefika minn €2,800 mill-Fond Komunitajiet Kreattivi, amministrat mill-Kunsill Malti għall-Arti.

Il-Ministru Bonnici fakkar kif għall-budget tas-sena 2018 ġew allokati żewġ miljuni fi programmi ta’ fondi li jfisser żieda ta’ 8% meta kkumparat mal-2017. Dan, fid-dawl ta’ investiment bla preċedent fis-setur kulturali u kreattiv ta’ 70 miljun ewro allokati għall-2018, juri kemm dan il-Gvern huwa kommess li jsaħħaħ is-settur kulturali.

Waqt din l-attivitá, bil-parteċipazzjoni taż-żewġ baned flimkien mal-attur Toni Busuttil, inqrat l-istorja bit-titlu Pietru u l-Lupu u wara uħud mit-tfal preżenti ingħatu ukoll l-opportunita sabiex imexxu l-banda huma.

Comments


bottom of page