top of page

Il-Commonwealth Local Government Conference 2017– Malta bħala ċ-ċentru fejn jittieħdu d-deċiżjonijie



Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Locali Owen Bonnici indirizza lill-parteċipanti fl-għeluq tal-Commonwealth Local Government Conference 2017.

Din il-konferenza ttellgħet Malta għall-ewwel darba, u hija t-tieni l-akbar konferenza organizzata mill-Commonwealth. 48 pajjiż kienu rrappreżentati u kien hemm aktar minn 400 delegat mill-partijeit kollha tal-Commonwealth.

L-għanjiet ewlenija tal-konferenza kienu li tingħata attenzjoni fuq l-għoti ta’ setgħat fil-gvern lokali bħala sieħeb sħiħ fl-iżvilupp ta’ komunitajiet sostenibbli, fuq gvernijiet lokali li jaħdmu biex ikunu aktar effiċjenti u effettivi, u fuq eknomiji lokali b’saħħithom bħala bażi ta’ żvilupp lokali effettiv.

Il-Ministru Bonnici qal li matul din il-konferenza, diversi pajjizi mill-Commonwealth iddiskutew flimkien kif itejbu l-Kunsilli Lokali. “Aħna nemmnu li n-nies huma fiċ-ċentru tal-ħidma komunitarja tagħna u għal dabroħra, Malta kienet ukoll fiċ-ċentru ta’ fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet.”

Wieħed mill-aktar messaġġi b’saħħithom li ħarġu minn din il-konferenza kien il-bżonn li tinbena tmexxija u kapaċitàteknika fuq livell lokali, li twassal għall-profesjonalizzazzjoni.

Il-Ministru Bonnici kien preżenti wkoll għal-Lejla Kulturali tal-konferenza, fejn iddeskriva l-parteċipanti bħala xhieda tal-ħila li għandha Malta biex jittellgħu avvenimenti notevoli li jwettqu riżultati ta’ suċċess għat-titjib tas-soċjetajiet tagħna kollha.

Waqt din il-Konferenza, kien hemm it-tnedija tal- Commonwealth Women in Local Government Network. It-tema tal-konferenza kienet : F’saħħitna għall-Futur: Riżorsi u Kapaċità għal Gvern Lokali Effettiv u ttellgħet f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi mill-21 sal-24 ta’ Novembru.


Comments


bottom of page