top of page

Inawgurat il-Presepju fil-Belt Valletta



Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konstumatur u Valletta 2018 Deo Debattista inawguraw presepju fid-daħla tal-Belt Vallettam proprju quddiem il-bini tal-Parlament.

Il-Ministru Bonnici enfasizza l-importanza li jiġu ċċelebrati l-festi u t-tradizzjonijiet tagħna. “Huwa neċessarju li l-Belt Kapitali tkun ħajja speċjalment bħala hub fejn jiltaqgħu n-nies – in-nies se jidħlu fil-belt u jaraw dan il-presepju – tifkira tat-tradizzjonijiet tagħna.” Il-Presepju fil-Belt Valletta ilu ma jintrama’ snin twal, fakkar is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista, li wera impenn biex jinradd lura l-Ispirtu propju tal-Milied lil dawk kollha li jżuru il-Belt.

“Dawn huma żminijiet għal qalbna ħafna u il-mod kif żejjinna l-Belt Valletta għal dawn iż-żminijiet jirriflettu l-ispirtu li l-Belt Valletta se tħaddan tul l-2018. Id-dwal huma stil barokk, l-identità tal-Kapitali tagħna, b’sens kemm xejn modern. Iżda issa għandna wkoll il-presepju fl-isfond ta’ dan kollu li jirrifletti l-valuri u t-tradizzjonijiet li tant huma għal qalbna. Karatteristika li żammejna, bi kburija, fil-programm Kulturali tal-2018”.

Il-presepju se jkun jista’ jitgawda mill-pubbliku f’dawn iż-żminijiet ta’ festi minn quddiem il-Parlament.

Comments


bottom of page