top of page

Il-Kabinett jagħti parir lill-President ta' Malta sabiex tagħti ħelsien mill-arrest temporanju l



Il-Kabinett illum iddeċieda li jirrakkomanda lill-President ta' Malta illi Christopher Bartolo jingħata l-ħelsien mill-arrest temporanju pendenti d-deċiżjoni tal-Appell tiegħu quddiem il-Qorti tal-Appell Kriminali.

Dan il-parir ingħata wara li ġew ikkunsidrati ċ-ċirkostanzi speċjali li huma partikolari għall-każ tiegħu u wara li l-Kabinett fittex parir mediku indipendenti.

Dan il-ħelsien mill-arrest temporanju hu suġġett għal diversi kondizzjonijiet fosthom li, ħlief għal ċerti ċirkostanzi partikolari, Christopher Bartolo m'għandux jirtira mir-residenza tiegħu.


Comments


bottom of page