top of page

Malta se tkun qed tingħaqad fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew



Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici informa lill-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li pajjiżna se jkun qiegħed jissottometti l-interess tiegħu li formalment jingħaqad fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

F’intervent li huwa għamel matul il-Kunsill, il-Ministru Bonnici spjega li pajjiżna kien qiegħed iħares b’attenzjoni lejn l-iżvilupp ta’ dan l-Uffiċċju li inċidentalment kien twieled matul il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea.

Huwa qal li l-Gvern laqa’ b’mod pożittiv l-andament tal-ħolqien ta’ dan l-Uffiċċju u sostna li fix-xhur li ġejjin se jkun qiegħed formalment jissottometti l-interess tiegħu.


Comments


bottom of page