top of page

Tidħol fis-seħħ il-liġi l-ġdida dwar il-‘media’ - libertajiet bla preċedent lill-espressjoni ġurnali



B’effett mill-14 ta’ Mejju, 2018 daħal fis-seħħ b’effett immedjat l-Att dwar il-Media u l-Malafama.

Il-libelli kriminali li kienu nbdew taħt il-liġi l-antika tal-istampa spiċċaw u saru xi ħaġa tal-passat waqt li ddaħħlu difiżi ġodda għall-ġurnalist u għas-citizen-journalist.

B’hekk pajjiżna - wara madwar erba’ snin ta’ proċess ta’ preparazzjoni, diskussjoni u konsultazzjoni fuq livelli nazzjonali u internazzjonali - kif inhu xieraq li jsir f’kull demokrazija miftuħa, moderna u parteċipattiva, għalaq il-kapitlu dwar il-libell kriminali u dwar diversi reati kriminali oħrajn li kienu jxekklu l-libertà tal-espressjoni u l-parteċipazzjoni sħiħa tal-poplu fil-ħajja demokratika.

Il-liġi l-ġdida tagħmel ġieħ lill-pajjiż u tqiegħed lil Malta fuq l-ogħla livelli ta’ rispett għad-dritt tal-libertà tal-espressjoni billi ssaħħaħ il-libertà tal-espressjoni f’livelli bla preċedent.

Il-liġi hi wkoll xhieda tal-maturità politika tal-Gvern Malti li adotta t-tisħiħ tal-libertà tal-espressjoni u tal-istampa bħala wieħed mill-għanijiet ewlenin tiegħu. Dan segwa r-riformi kbar li saru fl-aħħar leġiżlatura għat-twessigħ tal-libertajiet ta’ espressjoni artistika.

Din il-liġi tolqot direttament u mill-qrib kemm il-qasam tal-ġustizzja kif ukoll l-oqsma tal-kultura u tax-xandir. Il-Ministeru jirringrazzja lil kull min ta kontribut fil-proċess leġiżlattiv u fil-proċess ta’ diskussjoni pubblika li kkontribwixxa biex tissaħħaħ din il-liġi.

Comments


bottom of page