top of page

FUTUR SABIĦ GĦALL-KARNIVAL TA’ MALTA

Kitba meħuda mill-Orizzont (It-Tnejn 6 ta’ Frar 2023) paġna numru 12




L-aħbar li ħarġet fl-aħħar jiem, li ġew investiti €1.2 miljun fi tractors u trailers biex jintużaw mill-karristi fi l-Karnival ta’ Malta, hija deċiżament pass fi d-direzzjoni t-tajba. Dan għaliex juri biċ-ċar kif il-Gvern jemmen f’din l-espressjoni kulturali li tant hija b’saħħitha. Għax liema gvern se jinvesti dawk il-fl us kollha jekk ma jemminx fi l-futur tal-Karnival?


Dan l-investiment huwa aħbar tajba wkoll mil-lat ambjentali. Dawn il-vetturi, 40 b’kollox, huma ambjentalment iktar superjuri minn dawk li għandna llum. Iniġġsu inqas, jagħmlu inqas storbju u huma iktar siguri.


Però din ma kinitx l-unika aħbar tajba għall-mijiet ta’ dilettanti tal-Karnival, għaliex ftit tal-jiem ilu meta ġie varat il-pakkett ta’ fondi l-ġdid tal-Unjoni Ewropea, il-proġett tal-Villaġġ tal-Karnival (issa msemmi Culture and Arts Hub) fi l-Marsa ġie msemmi b’ismu bħala wieħed mill-proġetti li papabbli immens biex jibbenefi ka minn fondi Ewropej.


X’hemm aħjar minn dan il-proġett biex bis-saħħa tal-fondi Ewropej il-Karnival ta’ Malta jingħata pedament sod għal futur mill-isbaħ?


Kif spjega l-Ministru Owen Bonnici, diġà nstabet u ngħatat art għal dan il-proġett li hi fi l-Marsa. Huwa kruċjali li l-art tkun qrib kemm jista’ jkun il-Belt Valletta u allura dan il-fattur – li normalment ikun l-ikbar sfi da fi kwalunkwe proġett – diġà ġie sorvolat. Għax ngħiduha kif inhi, fejn jidħlu l-proġetti l-ikbar problema tkun dejjem l-art u f’dan il-każ hi ħaġa tajba li l-art diġà ġiet assigurata.


Dan il-ġurnal jemmen li issa li l-art ġiet assigurata u tnieda l-programm ta’ fondi l-ġdid tal-Unjoni Ewropea, il-gvern għandu jpoġġi dan il-proġett bħala prijorità ewlenija fi s-settur kulturali. Id-dilettanti tal-Karnival ħaqqhom dan il-proġett u hu ta’ sodisfazzjon li fl -intervent parlamentari li għamel il-Ministru Bonnici fi l-Parlament it-Tnejn li għadda qal ċar u tond li immedjatament se ssir applikazzjoni biex bis-saħħa tal-fondi li jingħataw dan il-proġett isir realtà.


B’hekk la jsir dan il-proġett jingħaqad mal-kullana ta’ proġetti infrastrutturali li diġà wettaq il-Ministru Bonnici fi l-kamp kulturali: il-MUŻA, ir-restawr tal-Forti Sant’Anġlu, ir-restawr tal-Forti Sant’Iermu, ir-restawr tal-katakombi ta’ San Pawl u l-proġetti li għaddej xogħol ġmielu fuqhom bħalissa bħall-MICAS, il-Palazz tal-Granmastru u l-Mużew Marittimu. Dawn huma kollha legati b’saħħithom li gvern Laburista se jkun qed iħalli warajh fi l-kamp kulturali.


Mhux kull pajjiż jista’ jiftaħar li għandu Karnival fi l-programm kulturali tiegħu u Malta hija waħda mill-ftit pajjiżi li għandha l-Karnival fi l-programm kulturali nazzjonali. Dan hu, bla dubju, asset kulturali b’saħħtu immens li jattira mhux biss interess lokali, imma anke mil-lat ta’ turiżmu.

Huwa żgur li l-Karnival isaħħaħ il-prodott kulturali u turistiku ta’ dan il-pajjiż tagħna u hu bla dubju ta’ xejn li din l-enerġija li qed juri l-Ministru Bonnici f’dan il-kamp se tara li jkun hemm futur sabiħ għal dan is-settur.


Id-dilettanti tal-Karnival huma verament artisti ta’ livell għoli immens u dan il-ġurnal jemmen li jixirqilhom l-aħjar, kif bla dubju se jingħatalhom.



Comments


bottom of page