top of page

Għaddej xogħol ta’ restawr fil-Knisja Franġiskana tal-Madonna ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu)



Għaddej xogħol ta’ restawr fil-Knisja Franġiskana tal-Madonna ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu) b’investiment ta’ €300,000


Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici żar ix-xogħlijiet ta’ restawr fuq il-Knisja Franġiskana tal-Madonna ta’ Ġesù fil-Belt Valletta, magħrufa bħala ta’ Ġieżu, liema xogħlijiet qed isiru b’investiment ta’ €300,000 taħt ir-responsabbiltà tad-Direttorat tar-Restawr, u li mistennija jiġu konklużi f’Jannar tal-2024.


“Dan ir-restawr iwettaq l-istrateġija kulturali tagħna b’mod li l-wirt tagħna jkun aktar aċċessibbli,” qal il-Ministru Bonnici, li spjega li l-gvern huwa kommess li jkompli jissalvagwardja l-Knisja u l-artefatti interni, biex itejjeb mhux biss il-faċilitajiet, iżda l-esperjenza li titgawda mill-pubbliku u t-turisti.


Il-Perit responsabbli minn dan il-proġett Jean Frendo spjegat kif it-tindif tal-wiċċ tal-ġebla huwa importanti biex titneħħa kull akkumulazzjoni ta’ karbonju, komposti tal-kubrit, u kontaminanti oħra filwaqt li tinżamm id-dehra tradizzjonali.


“Wara t-tneħħija u t-tindif tal-kisi tas-siment u tal-ġibs, il-ġebel tal-ġir diżintegrat se jiġi sostitwit b’course heights li jaqbel mal-oriġinal. Xogħol tal-ġebel li jkun iddeterjorat sal-punt li jhedded l-istabbiltà u jtellef mid-dehra arkitettonika tal-bini jew ikun perikoluż għall-utenti jew għal min jgħaddi ser jiġi sostitwit ukoll,” temmet tgħid il-Perit Frendo.






Comentarios


bottom of page