top of page

Id-diriġenti tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali ta’ Malta u tat-Teatru Massimo ta’ Palermo daħlu f’taħditiet li għandhom iwasslu għal iktar koperazzjoni kulturali bejn iż-żewġ entitajiet.




 

 

Fi żjara li għamel il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici flimkien maċ-Chairperson tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali Alfred Camilleri, l-Aġent Kap Eżekuttiv Mro. Chris Muscat u r-Resident Conductor tal-Orkestra Mro. Michael Laus f.Palermo, huma kellhom laqgħat mas-Sovrintendent tat-Teatru Massimo, Marco Betta u d-Direttur Mużikali tal-Orkestra taż-Żgħażagħ, Mro. Michele De Luca.

 

Iż-żewġ naħat qablu li jsaħħu r-relazzjonijiet kulturali ta’ bejniethom, anke fil-kuntest tar-rabta storika u mżewqa li teżisti bejn Malta u Sqallija.

 

Din hi t-tieni kollaborazzjoni fl-Italja tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali ta' Malta wara l-ħidma li saret mal-Orkestra ta’ Santa Ċeċilja f’Ruma.

 

Matul iż-żjara f’Palermo d-delegazzjoni Maltija ltaqgħet ukoll mas-Sindku ta’ Palermo Roberto Lagalla.

 

Palermo, L-Italja

 

 

 


 

Comentários


bottom of page