top of page

Il-Kap Eżekuttiv Dr Rose Anne Cuschieri eletta bħala membru tal-Bureau tas-CDPPE


Il-Kap Eżekuttiv tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla Dr Rose Anne Cuschieri ġiet eletta bħala membru tal-Bureau tal-Kumitat tat-Tmexxija dwar il-Politika u l-Prattika tal-Edukazzjoni fil-Kunsill tal-Ewropa (CDPPE). L-elezzjonijiet saru nhar l-Erbgħa 30 ta’ Settembru 2020.

Il-Kumitat tat-Tmexxija għall-Politika u l-Prattika Edukattiva jħares il-programmi tal-Kunsill tal-Ewropa fil-qasam tal-edukazzjoni u jagħti pariri lill-Kumitat tal-Ministri dwar kwistjonijiet edukattivi. Il-gvernijiet tal-50 stat membru għall-Konvenzjoni Kulturali Ewropea huma rrappreżentati fil-kumitat minn uffiċjali għolja mis-setturi tal-edukazzjoni ġenerali u tal-edukazzjoni għolja. Dr Rose Anne Cuschieri ġiet innominata wkoll bħala r-rappreżentant tas-CDPPE fuq il-Bord tal-Gvernaturi taċ-Ċentru Ewropew Wergeland (EWC).

Is-CDPPE tippromwovi edukazzjoni ta’ kwalità permezz ta’ azzjonijiet speċifiċi rigward politika edukattiva biex trawwem ambjenti ta’ tagħlim sikuri għal kulħadd, l-inklużjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn is-sessi, u miżuri kontra d-diskriminazzjoni fis-settur edukattiv.

Dr Rose Anne Cuschieri qalet “Il-parteċipazzjoni u l-kooperazzjoni tagħna biex nikkontribwixxu lejn il-valuri fundamentali u l-missjoni demokratika tal-edukazzjoni ogħla fl-Ewropa, huwa importanti ħafna li nintroduċu l-politika tal-Kunsill tal-Ewropa fil-kuntest nazzjonali tagħna. Ninsab kuntenta ħafna u impenjata bis-sħiħ li qiegħda nirrappreżenta lis-settur tal-edukazzjoni ogħla f’Malta fis-CDPPE u nixtieq nirringrazzja lill-membri tal-vot tagħhom."

Il-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (NCFHE) għandha rwol kontinwu u kruċjali fl-iżvilupp u fil-kisba ta’ eċċellenza fl-edukazzjoni avvanzata u ogħla f’Malta permezz tal-assigurazzjoni tal-kwalità.

Comments


bottom of page