top of page

Il-Ministru Bonnici jżur l-aħħar provi tal-Kunċert Pirates of the Caribbean



Il-Ministru Bonnici jżur l-aħħar provi tal-Kunċert Pirates of the Caribbean: The Curse of the Black Pearl in Concert Live to Film



Wara s-suċċess li ġab miegħu l-kunċert Beauty and the Beast u The Lion King Live to Film, il-Malta Philharmonic Orchestra (MPO) se tippreżenta Pirates of the Caribbean: The Curse of the Black Pearl in Concert Live to Film. Għal dan il-kunċert li se jsir s-Sibt filgħaxija huma ikkonfermati li se jattendu iktar minn 2600 ruħ.


Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti, u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ltaqa’ mal-artisti u l-organizzaturi waqt l-aħħar preparamenti ta’ dan l-avveniment. Il-MPO se tkun qed takkumpanja l-film mill-avventuri tal-pirata leġġendarju captain Jack Sparrow f’serata fil-Malta Fairs and Convention Centre f’Ta’ Qali. Waqt iż-żjara Dr Bonnici faħħar it-tim organizzattiv u l-mużiċisti għax-xogħol tajjeb li sar bi preparazzjoni għal dan il-kunċert. “Irridu nkomplu ninvestu f’kunċerti bħal dawn li jservu wkoll bħala pjattaforma fejn l-artisti jesponu t-talenti mużikali tagħhom”, qal il-Ministru Bonnici. “Se nkomplu naħdmu biex dawn il-kunċerti jkomplu jkunu ta’ suċċess. Aħna kommessi li niżguraw li aktar mużiċisti jkollhom opportunitajiet biex ikomplu jibnu l-karrieri mużikali tagħhom b’mod professjonali u bl-ogħla livell, kif nistgħu naraw f’dan il-kunċert”, qal Dr Bonnici.


L-Aġent Kap Eżekuttiv tal-MPO Mro. Christopher Muscat qal kif dawn it-tip ta’ kunċerti għall-familja kollha jqarrbu lill-orkestra aktar lejn is-segwaċi tagħha, sew dawk regolari kif ukoll dawk li mhux dejjem ikollom opportunità li jattendu kunċerti orkestrali fuq bażi regolari. “L-interpretazzjoni orkestrali tal-mużika eċċitanti tal-Pirates of the Caribbean waqt il-wiri tal-film innifsu se tagħti dimensjoni ġdida lil dan il-film klassiku u żgur se tkun esperjenza li ma tintesiex għal dawk kollha li jattendu”, temm jgħd Mro. Muscat.


Dan il-kunċert jista’ jitgawda mill-familja kollha u fih mużika b’kollaborazzjoni kreattiva bejn Badelt u Zimmer fejn dan tal-aħħar huwa figura popolari fl-industrija tal-films u ħadem fuq uħud mill-aktar soundtracks memorabbli, inkluż is-soundtrack ta’ dan il-film.






Kommentare


bottom of page