top of page

Imħallef Emeritus Antonio Mizzi maħtur Kummissarju tal-Liġijiet



Il-Gvern ħatar lill-Imħallef Emeritus Dr Antonio Mizzi bħala Kummissarju tal-Liġijiet b’effett mill-1 ta’ Gunju, 2019. Il-ħatra hija għal perjodu ta’ sena, liema perjodu jista’ jiġġedded.  


L-Imħallef Mizzi serva estensivament fil-qrati Maltin kemm bħala maġistrat mill-1987 sal-2013, kif ukoll bhala mħallef mill-2013 sal-2018, senjatament fil-kamp penali. Huwa laħaq avukat fl-1979 u segwa l-istudji tiegħu b’postgraduate degree fil-liġi Ewropea fl-1996.

LUuffiċċju tal-Kummissarju tal-Liġijiet huwa mwaqqaf skont l-Att tal-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutorji u l-għanijiet tal-Kummissarju tal-Liġijiet huma varji u jassiguraw leġiżlazzjoni aħjar u iktar korretta. 


Il-Gvern jirringrazzja lil Dr Franco Debono għall-ħidma tiegħu fis-snin preċedenti fi ħdan din il-kariga.

Comments


bottom of page