ċ-ċavetta għal iktar kompetittivita', ħolqien ta' impiegi ġodda u tkabbir ekonomiku.
Titnieda l-ewwel edizzjoni tal-Premji Nazzjonali STEM Awards
Din il-ġimgħa, nidejna l-ewwel edizzjoni tal-Premji Nazzjonali għax-Xjenza, Teknoloġija, l-Inġinerija u l-Matemika li qed insejħulhom STEM. Dan l-avveniment se jkunu ospitat fiċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza.
L-aqwa professjonisti f’Malta se jiġu ppremjati, rikonoxxuti u onorati għall-kontribut li taw fil-qasam tagħhom tax-Xjenza, it-Teknoloġija, I-Inġinerija u l-Matematika (STEM) u b’hekk lis-soċjetà b’mod ġenerali. Dawn il-premji huma frott l-inizjattiva tal-iSTEM Engagement Working Group immexxi minn Esplora.
Il-Kategorijii tal-Premji Nazzjonali STEM għandhom l-għan li jonoraw u jirrikonoxxu lil dawk il-persuni u entitatjiet li bis-saħħa tal-espressjoni personali tagħhom, qajmu aktar għarfien dwar il-pilastri STEM kemm lokalment kif ukoll f’ċerti każijiet barra minn xtutna.
Għall-fini ta’ dawn il-premji, is-suġġetti STEM ikopru x-xjenzi tal-ħajja, ix-xjenzi fiżiċi, il-matematika, l-IT, l-inginerija u x-xjenza ambjentali.
Inħoss li huwa fid-dmir tagħna li nirrikonoxxu u nonoraw lill-professjonisti tagħna għall-kontribut li taw fil-qasam tagħhom tax-Xjenza, it-Teknoloġija, I-Inġinerija u l-Matematika u b’hekk, taw kontribut lis-soċjetà b’mod ġenerali. Dan hu l-iskop ta’ dawn il-premji nazzjonali biex permezz t’hekk, inkomplu nqajmu aktar għarfien dwar dawn is-suġġetti kemm lokalment u anke barra minn xtutna.
Prezenti ghat-tnedija kien hemm ukoll il-kollega tiegħi, ic-Chairperson tal-Kullegg Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija Dr Jeffrey Pullicino Orlando. Fil-fatt, saħaq li hemm nuqqas ta’ ħiliet f’ċerti industriji, partikolarment fil-qasam ta’ STEM. U huwa hawn, fejn dawn il-premji se joħolqu entużjażmu ġdid fejn permezz ta’ dawn il-miżuri bħal Premji Nazzjonali STEM, il-Working Group qed jilgħab rwol importanti sabiex iqanqal l-interess tal-pubbliku fix-Xjenza, it-Teknoloġija, l-Inġinerija u l-Matematika, u b’hekk jgħin li jindirizza dan il-fenomenu. Tajjeb ngħidu li dawn il-premijiet se jkunu qed jiġu mogħtija kull sentejn u ċ-ċerimonja qed isservi tajjeb ħafna bħala pjattaforma li tirrikonoxxi u tonora l-ħidma impekkabbli u bla heda tal-professjonisti li jaħdmu fil-qasam ta’ STEM – li jvarjaw mill-edukazzjoni, l-ekonomija u s-soċjetà.
Il-Premji Nazzjonali STEM se jingħataw għall-kategoriji li jmiss:
Best Primary Class Teacher for Inspiring Children in STEM, Best Secondary School Teacher for Contribution to STEM, Lifetime Contribution to STEM, Young Researcher, Engaged Researcher, Women in STEM, STEM Ambassador, Best STEM Employer, Best STEM Community Project u Best STEAM Project (People's Choice).
Dawk li huma interessati li jinnominaw lilhom innifishom jew lil xi ħadd tal-għażla tagħhom, għandhom jagħmlu dan sal-15 ta’ Frar 2021 permezz tal-formola online fuq is-sit tal-Esplora.
Barra minn hekk, infakkar ukoll li l-Esplora qed jesibixxi wirja ta’ posters dwar professjonisti fil-qasam STEM. Din il-wirja se tkun miftuħa ghal pubbliku minn Jannar sa Marzu. Apparti din il-wirja, ġew prodotti wkoll serje ta’ 4 videos u ktejjeb diġitali li jiffukaw fuq professjonisti STEM. Dawn jistgħu jitniżżlu b’xejn minn fuq esplora.org.mt
Il-kumpanija Carlo Gavazzi hija eżempju ċar u b'saħħtu ta' kif ir-riċerka u l-innovazzjoni hija ċ-ċavetta għat-tkabbir ekonomiku- il-Ministru Owen Bonnici
Żort ukoll il-kumpanija internazzjonali Carlo Gavazzi fejn stajt nara l-ħidma li ssir mill-ħaddiema tat-taqsima tar-Riċerka u l-Iżvilupp fi ħdan l-istess kumpanija sabiex tniedi b'mod kontinwu soluzzjonijiet teknoloġiċi u innovattivi li jagħmlu tant differenza għall-aħjar lis-setturi tal-industrija li joperaw fiha.
Il-kumpanija Carlo Gavazzi hija eżempju ċar u b'saħħtu ta' kif ir-riċerka u l-innovazzjoni fis-settur privat hija ċ-ċavetta għal iktar kompetittivita', ħolqien ta' impiegi ġodda u tkabbir ekonomiku. Huwa faħħar din il-kumpanija bħala waħda li għandha għal qalbha l-innovazzjoni, tant li t-tim tar-Riċerka u l-Iżvilupp ta' din il-kumpanija jammonta għal 15% tat-total tal-ħaddiema kollha.
Hawnhekk, nerġa; ntenni l-importanzi tal-premji STEM. Il-żjara tiegħi f’Carlo Gavazzi kompliet turini kemm aktar tfal u żgħażagħ għandhom bżonn jinteressaw aktar irwiehhom fl-edukazzjoni marbuta mas-suġġetti tax-Xjenzi, Teknoloġija, Inġinerija u Matematika. Din il-kumpanija hija eżempju ħaj ta’ kemm hemm bżonn aktar minn dawn il-ħiliet fid-dinja li qed ngħixu fiha.
Il-prodotti li joħorġu minn din il-kumpanija huma kkreati, żviluppati, manifatturati u ttestjati kollha lokalment. Il-kumpanija tikkollabora ħafna mal-Università ta’ Malta u l-MCAST għal taħriġ tal-istaff u l-apprentistat u riċentament ipparteċipat fi programmi offruti minn diversi entitajiet, inkluz il-Kunsill Malti ghax-Xjenza u t-Teknologija (MCST), bħala għajnuna għar-ricerka u l-izvilupp tal-prodotti tagħhom.
Il-kumpanija, li twaqqfet Malta fl-1978, hija responsabbli mis-‘Switches’ product line portfolio bil-klijenti ewlenin tagħhom huma kumpaniji li jimmanifatturaw prodotti għall-ventilazzjoni, l-arja kkundizzjonata, l-ippakkjar, u għall-ikel u x-xorb. It-taqsima tar-riċerka u l-iżvilupp fi ħdan din il-kumpanija, twaqqaf lura fl-1998.
Iż-żjara inkludiet ‘Surface Mount Technology Production Tour’ fejn il-Ministru segwa l-linja tal-produzzjoni waqt li kienet qed issir. Kelli wkoll Research and Development Tour flimkien mad-diriġenti tagħha. Ħadt gost niltaqa’mal-Inginier Noel Micallef, General Manager tal-kumpanija, u l-Inginier Roger Galea li hu l-Manager tar-Ricerka u l-Innovazzjoni fejn bil-mod tant akkoljenti tagħhom, dawruni mad-diversi sezzjonijiet fil-binja tagħhom fiż-Żejtun.
Il-kumpanija Carlo Gavazzi ġiet ippremjata f'diversi okkazjonijiet bi premji tal-Innovazzjoni fis-settur tal-innovazzjoni f’Malta. Kien ta’ unur għaliha li nżur din il-kumpanija rinomata fejn tawni merħba sabiħa u pożittiva fejn jien ukoll komplejt nitgħallem aktar dwar din in-niċċa daqstant importanti għall-futur ta’ pajjiżna.
Comments