top of page

Jittella’ kunċert b’mużika tal-kompożitur Malti Girolamo Abos f’Kyiv, l-Ukrajna




 

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti, u l-Gvern Lokali Owen Bonnici u l-Aġent Ministru tal-Kultura u l-Politika tal-Informazzjoni tal-Ukrajna Rostyslav Karandieiev attendew għal kunċert li ttella’ f’Kyiv, l-Ukrajna, minn mużiċisti u koristi Ukreni.

 

Dan il-kunċert, li kien taħt id-direzzjoni tad-Direttur mużikali Mro. Nancy Milesis Romanio, wassal repertorju barokk magħmul minn kompożizzjonijiet tal-kompożitur Malti Girolamo Abos.

 

Is-serata mużikali serviet bħala turija ta’ solidarjetà lejn il-poplu Ukren u esebiet ukoll il-wirt mużikali għani ta’ Malta.

 

Il-preżenza tal-Ministru Bonnici f'Kyiv enfasizzat is-sinifikat tat-tħaddim tal-arti u l-kultura bħala mezz għad-djalogu u koperazzjoni bejn il-pajjiżi. Dan il-kunċert huwa xhieda wkoll tal-impenn ta’ Malta biex trawwem konnessjonijiet permezz tal-kultura u l-arti.

 

Matul is-serata, apparti l-kompożizzjonijiet ta’ Abos ġew ippreżentati wkoll xogħlijiet mill-pinna ta’ Antonio Vivaldi.

 

Dan l-avveniment isegwi s-suċċess tal-kunċert li l-istess mużiċisti Ukreni kellhom fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta taħt il-gwida ta’ Mro. Milesis Romano.

 



Ritratti: MHAL


 

 

 


 

 



Comments


bottom of page