top of page

Konservazzjoni li tfisser “sopravivenza u t-tgawdija”

Kitba meħuda mill-Orizzont (Il-Ħamis 2 ta’ Marzu 2023) paġna numru 4.




Jitlesta xogħol ta’ restawr tal-oratorju tal-knisja tal-Ġiżwiti… ħidma b’kollaborazzjoni bejn l-Istat u l-Knisja


Tlesta r-restawr sħiħ tal-oratorju tal-Immakulata Kunċizzjoni fi l- knisja tal-Ġiżwiti tal-Belt Valletta u x-xogħol fuq is-sagristija mistenni jintemm fil-ġimgħat li ġejjin. Ix-xogħol estensiv, li sewa miljun u kwart ewro minn fondi nazzjonali taħt it-treġija tad-Direttorat tar-Restawr, jinkludi fost l-oħrajn sistema ta’ detezzjoni tan-nar, dawl ġdid fi s-sagristija, studji fuq il-ħitan u s-saqaf eżistenti, l-identifi kazzjoni tal-kuluri oriġinali li issa ġew riprodotti, tiswijiet fi l-ġebel, fi t-twieqi u fl -art.


Dan tħabbar mill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Gvern Lokali, Owen Bonnici, fi żjara li kellu lbieraħ f’din il-Knisja sabiħa fejn ta dettalji tat-twettiq ta’ din il-ħidma importanti b’kollaborazzjoni bejn l-Istat u l-Knisja. Filwaqt li qal li dan l-investiment jinkludi wkoll l-ispiża meħtieġa għall-eventwali restawr tat-tieni oratorju (dak tal-Onorati), il-Ministru Bonnici ma naqasx li jenfasizza fl -importanza tar-restawr ta’ dawn il-postijiet ta’ wirt importanti, li jinsabu fi l-qalba tal-belt kapitali tagħna.


Huwa saħaq li, “dan il-wirt patrimonjali jpaxxi l-għajn tal-viżitaturi u jattiraw interess kbir għal dawk li jridu jesperjenzaw il-wirt reliġjuż u artistiku li joffri pajjiżna. Il-konservazzjoni ta’ dawn ix-xogħlijiet tal-arti tiggarantixxi s-sopravivenza u t-tgawdija tagħhom għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri ta’ dawk li jżuru l-Knisja tal-Ġiżwiti”.


Minn informazzjoni li l-Ministru Bonnici ta, b’kollox se jkunu ġew investiti €4.5 miljuni, li barra dan ta’ hawn fuq, l-investiment jinkludi x-xogħlijiet li bdew fl -2015 bir-restawr tal- bejt tal-Knisja tal-Ġiżwiti, il-koppla, il-kupletti ta’ fuq il-kappelli u l-kampnar. Ix-xogħlijiet tkomplew bir- restawr tal-faċċati tal-knisja fi Triq il-Merkanti, fi Triq l-Arċisqof u fi Triq San Pawl.


Min-naħa tiegħu l-Ministru Owen Bonnici wiegħed li, “se nkomplu nżidu l-għarfien ta’ dan il-monument tant sabiħ ġewwa l-Belt Valletta li twassal biex jokkupa post importanti fi x-xena kulturali u turistika”.


Aktar informazzjoni


L-Oratorju tal-Immakulata Kunċizzjoni nbena fl -ewwel nofs tas-seklu 17 biex jipprovdi spazju ta’ talb għal konfraternità mwaqqfa mill-Kavallieri ta’ San Ġwann. Għalkemm il-perit tal-oratorju mhux magħruf, xi wħud jattribwuh lil Francesco Buonamici (1596–1677).


Fl-aħħar xhur inbeda x-xogħol ta’ restawr biex jiġu mibdula s-sistemi mekkaniċi u elettriċi u biex jiġu rrestawrati l-interjuri tas-sagristija, kif ukoll l-oratorji tal-Kunċizzjoni u l-Onorati.


Ir-Rettur tal-Knisja, Rev. Dr Nicholas Doublet spjega li permezz tar-restawr ta’ dan ix-xogħol Barokk, “mhux biss qegħdin inħallu lil dawk li jżuru jesperjenzawha fl -oriġinal tagħha, iżda qiegħed jinħoloq hub kulturali ġdid fi ċ-ċentru stess tal-Belt Valletta. L-ispazju diġà sar dar għal programm kulturali varjat li se nkomplu nkabbru fi x-xhur li ġejjin”.


L-Oratorju tal-Immakulata Kunċizzjoni huwa mżejjen b’ċiklu li juri l-ħajja tal-Verġni, attribwit lil Filippino Dingli (twieled e. fi s-seklu 17 u miet fl -1677) u Stefano Erardi (1630–1716).


Il-pitturi għaddejjin minn restawr, kif ukoll il-pannelli tal-fjuri u l-kor li jżejnu l-Oratorju.





Comments


bottom of page