top of page

L-Ewwel Spazju Internazzjonali Għall-Arti Kontemporanja F’Malta

 



JIĊĊELEBRA “L-ISBAĦ ELEMENTI TAL-IDENTITÀ MALTIJA”

Kitba meħuda mill-gazzetta kulħadd ( 27 t`Ottubru 2024) paġna numru 4

 

 

MICAS, fil-Furjana, hija binja mifruxa fuq medda ta’ 4000 metru kwadru, li uffiċjalment bdiet toffri spazji għall-esebizzjonijiet u installazzjonijiet artistiċi kontemporanji, kemm għall-artisti Maltin kif ukoll għal dawk internazzjonali.

 

Waqt l-inawgurazzjoni talproġett li sar b’investiment ta’ €30 miljun, il-Prim Ministru Robert Abela osserva li dan l-ispazju jissimbolizza l-progress kollettiv tal-pajjiż.

 

“Li qed nirreferi għalih huwa l-progress li qed jaffettwa wkoll il-qasam kulturali tagħna, frott il-ħidma tal-artisti bravi u innovattivi li għandna, id f’id mal-impenn tagħna bħala Gvern, biex inkomplu nkattru u noħolqu kuxjenza fuq l-isbaħ elementi tal-identità Maltija,” stqarr il-Prim Ministru hekk kif irrimarka li b’dan l-investiment il-Gvern qed ikompli jafda lill-artisti bl-identità ta’ pajjiżna.

 

Il-Prim Ministru qal li l-Gvern se jkompli jaġixxi favur il-qasam artistiku b’aktar investiment sabiex l-artisti jkollhom aktar pjattaformi u għajnuna biex jesponu t-talenti tagħhom.

 

“Malta trid tkun ċentru fil-Mediterran għall-kreattività artistika,” qal Dr Robert Abela, filwaqt li fakkar li dan ilkliem sostnieh ftit taż-żmien ilu meta tnediet l-ewwel edizzjoni tal-Biennale.art. “Qed nerġa’ nirrimarkah illum b’iktar konvinzjoni għax nemmen fih tabilħaqq. Malta għandha tkun id-dar naturali tal-artisti,” stqarr il-Prim Ministru.

 

Punt ieħor li qajjem hu li dan il-proġett estensiv ta ħajja ġdida lil żona fil-Furjana li jinsab fiha u b’hekk se jgħin ukoll jimbotta aktar turiżmu ta’ kwalità, b’mod partikolari dak kulturali.

 

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ddeskriva l-inawgurazzjoni tal-MICAS bħala “mument storiku li jirrappreżenta pass ieħor lejn il-bini ta’ Malta bħala ċentru ewlieni għall-arti kontemporanja u djalogi kulturali internazzjonali.



コメント


bottom of page