ta’ €15,000 mill-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment se tmur biex ikunu provduti kompjuters, laptops jew tablets lil dawk l-istudenti vulnerabbli li m’għandhomx u għalhekk b’din l-għajnuna dawn ikunu jistgħu jkomplu bit-tagħlim tagħhom online.
Din id-donazzjoni mill-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment ġiet ippreżentata lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici mis-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet Alex Muscat.
Il-Ministru Bonnici qal li, “fiċ-ċirkostanzi li ninsabu fihom xtaqna li l-ebda tifel jew tifla ma jbatu intortament fis-settur edukattiv. It-tagħlim kompla għaddej b’mod online pero rajna li kien hemm ċertu studenti li ma kellhomx il-faċilità tal-internet id-dar kif ukoll kien hemm min ma kellux kompjuter biex ikompli bit-tagħlim tieghu. Lil dawn it-tfal sibna mezz kif ngħinuhom sabiex huma wkoll ikunu jistgħu jkomplu bix-xogħol tal-iskola. Nixtieq nirringrazzja lil dawk il-kumpaniji li avviċinawna biex jgħinuna huma wkoll sabiex l-ebda tifel u tifla ma jaqgħu lura fl-istudji tagħhom.”
Is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet Alex Muscat sostna li l-fondi mill-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment qed jagħtu kontribut qawwi fl-ekonomija ta’ pajjiżna. “Illum iktar minn qatt qabel, inkomplu nesiġu l-importanza ta’ dan il-programm, fejn qed naraw li bil-miżuri ekonomiċi li qed infasslu, qed insostnu l-ekonomija tagħna f’dawn iż-żminijiet iebsa. Dan filwaqt li ngħinu lil dawk vulnerabbli fis-soċjetà tagħna,” stqarr dan is-segretarju parlamentari. “Kommessi li nikkontribwixxu mal-€15,000 f’fondi, mogħtija diretti mill-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment, sabiex jinxtara dan l-apparat tant bżonnjuż. Irridu naraw, li dawn it-tfal ma jaqgħux lura u jkollhom l-istess opportunitajiet għall-edukazzjoni bħal ħaddieħor”, kompla jgħid is-sur Muscat.
Preżenti għall-konferenza stampa kien hemm ukoll numru ta’ kumpaniji u individwi li fil-jiem li għaddew taw kompjuters jew laptops jew tablets jew donazzjoni lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol għal dan il-għan.
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol diġà ra li baqa’ jitqassam l-ikel lil dawk it-tfal fuq Skema 9.
Il-Ministru Owen Bonnici, apparti li ta xahar paga ministerjali bħala donazzjoni għal dawk it-tfal fi bżonn, għamel appell ukoll lil kumpaniji privati biex joffru l-għajnuna tagħhom u jsellfu kompjuters, laptops u tablets lill-Ministeru tal-Edukazzjoni biex jingħataw lil dawk it-tfal vulnerabbli li m’għandhomx.
Comments