top of page

Miexi x-xogħol fuq is-swar u l-bieb ta’ Notre Dame fi l-Kottonera

Kitba meħuda mill-Orizzont (Is-Sibt 4 ta’ Marzu 2023) paġna numru 9





Għaddej ġmielu pro ġett ta’ restawr sostanzjali fuq is-swar ta’ Notre Dame u l-bieb ta’ Notre Dame fil-Kottonera, b’investiment ta’ €850,000.


Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti, u Gvern Lokali Owen Bonnici, u s-Segretarju Parlamentari għall- Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli żaru x-xogħol ta’ restawr li għaddej fuq il-bieb ta’ Notre Dame u s-sur adjaċenti ta’ Notre Dame fil-Kottonera.


Dawn ix-xogħlijiet ta’ restawr qed isiru b’investiment ta’ €850,000, taħt id-direzzjoni tad-Direttorat tar-Restawr.


Il-Ministru Owen Bonnici stqarr li Notre Dame Gate hija l-ogħla punt fi ż-żona. “Mis-saqaf għoli tiegħu, wie ħed jista’ jgawdi veduti mill-isbaħ tal-biċċa l-kbira tal-gżira tant sabiħa u japprezza l-importanza strateġika li kellha sabiex jintbagħtu sinjali militari,” enfasizza Dr Bonnici.


Dr Bonnici kompla jgħid li l-għan tar-restawr huwa li jiġi vvalutat il-wirt storiku taż-żona. “Postijiet storiċi li jinsabu fl -irħula u l-ibliet rispettivi huma sors ta’ kburija għall-komunitajiet, u dan ir-restawr ikompli jissalvagwardja dawk l-aspetti importanti tal-wirt tagħna,” qal il-Ministru Bonnici.


Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli faħħret lill-ħaddiema ttar-Restawr u l- kuntratturi rispettivi għall-impenn u d- dedikazzjoni tagħhom sabiex isir xogħol ta’ restawr fuq dawn iż-żewġ postijiet storiċi.


“Inħeġġeġ lill-Kunsilli Lokali sabiex jidentifi kaw u jressqu ’l quddiem postijiet storiċi li għandhom fi l-lokalitajiet tagħhom li jirrikjedu xogħol ta’ restawr, sabiex in komplu nippreservaw il-wirt kulturali tagħna għall-ġenerazzjonijiet futuri,” saħqet Zerafa Civelli.


Ix-xogħol ta’ restawr fuq ‘Notre Dame Gate’ beda fl - aħħar ta’ Mejju 2022, fi lwaqt li x-xogħol fuq is-swar u l-istrutturi anċillari beda f’Ottubru 2022. Ix-xogħol fuq ‘Notre Dame Gate’ mistenni jitlesta sal-aħħar ta’ April 2023, fi lwaqt li x-xogħol fuq il-bastjun u l-istrutturi anċillari huwa skedat li jitlesta sal-aħħar ta’ Novembru 2023.



Comments


bottom of page