Kitba meħuda mill-Orizzont (L-Erbgħa 5 ta’ Ottubru 2022) paġna numru 20.
Fil-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu tnediet wirja li tirrakkonta l-ġrajja, twila kważi 20 sena, ta’ meta dan il-palazz offra kenn lill-patrijiet u lill-komunità tad-Dumnikani ġirien tiegħu sakemm bnew mill-ġdid il-knisja u l-kunvent tagħhom li kienu ġġarrfu fit-tieni Gwerra Dinjija. Il-wirja Dumnikani fil-Palazz: Home & Temple 1942 - 1960 tirrakkonta din il-ġrajja permezz ta’ dokumenti u rakkonti rrekordjati ta’ nies li jiftakru din l-istorja sseħħ.
Fost l-esebiti hemm ukoll partijiet mill-pittura li kienet iżżejjen il-koppla oriġinali tal-knisja tad-Dumnikani, li qed jinħarġu fil-pubbliku kollha flimkien għall-ewwel darba. :aħda mis-sezzjonijiet tal-wirja hija ispirata mill-festa ta’ San Duminku ċċelebrata fl-1952, wara nuqqas ta’ 13-il sena, fejn hemm esebit il-vestwarju tipiku għal waqt il-purċissjoni, bl-ilbies tal-kleru u tal-abbatini.
Fl-inawgurazzjoni tal-wirja, il-Ministru għall-:irt 1azzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, Owen Bonnici, spjega kif din il-wirja tixhed id-determinazzjoni kontinwa biex nibqgħu nippreservaw il-Wirt Nazzjonali.
“Fuq kollox, din il-wirja turi biċ-ċar li l-iskoperti huma fil-qalba tal-wirt kulturali. Din il-wirja hija xhieda ċara tax-xewqa li wieħed jesplora u jiskopri, u li l-materjali esebiti għandhom diversi rakkonti x’jgħidu,” temm jgħid Dr Bonnici.
Iċ-Chairman ta’ Heritage Malta Mario Cutajar, qal li, “il-memorja ta’ nazzjon tkun priservata meta nfakkruha, infakkruha mhux biex nerġgħu, jew nibqgħu, ngħixuha imma biex nifhmu l-kuntest, nitgħallmu minnu u nifhmu iktar illum.”
Il-wirja Dumnikani fil-Palazz: Home & Temple 1942 -1960 hija kollaborazzjoni bejn Heritage Malta u l-Komunità tal-Patrijiet Dumnikani tal-Birgu, bl-għajnuna tal-Arkivji Nazzjonali. Se tibqa’ miftuħa sat-8 ta’ Jannar 2023 bħala parti mill-esperjenza ta’ kull min iżur il-Palazz tal-Inkwiżitur.
Preżenti għat-tnedija kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u qalet li, “wirjiet bħal dawn isawru l-wirt kuturali Malti u huma importanti sabiex infakkru ġrajjiet li jagħmlu parti mill-istorja ta’ pajjiżna.”
Zerafa Civelli ħeġġet lill-pubbliku biex jattendi għal din il-wirja sabiex inkomplu nippreservaw il-Kultura Maltija għall-ġenerazzjonijiet ta’ warajna.
Opmerkingen